Fl-aħħar jiem ġejt infurmat mill-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew li ismi ssemma f’investigazzjoni u li saret talba mill-Awtoritajiet Belġjani biex titneħħa l-immunità Parlamentari tiegħi. Din it-talba saret b’rabta mal-preżenza tiegħi waqt logħba football bejn Anderlecht u Ferencváros f’Settembru li għadda.
Stedina miftuħa – Attività pubblika dwar il-ħidma tal-MPE Daniel Attard
Il-Membru Parlamentari Ewropew l-Onor. Daniel Attard għandu l-pjaċir jistiednek għal attività f’Malta dwar il-ħidma Parlamentari, segwita minn riċeviment.
Il-Parlament Ewropew japprova ftehim negozjat minn Daniel Attard biex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi għar-reġjuni fil-fruntieri tal-UE
L-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard, f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D), kien fost in-negozjaturi ewlenin wara ftehim ġdid li għandu l-għan li jindirizza ostakli li jfixklu l-ħajja ta’ kuljum u ż-żvilupp ekonomiku fir-reġjuni tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.
Daniel Attard jikkundanna s-silenzju tal-Parlament Ewropew fuq il-ġenoċidju f’Gaża
Waqt intervent fil-Parlament Ewropew, l-MEP Laburista Daniel Attard ikkundanna s-silenzju tal-Unjoni Ewropea fuq il-ġenoċidju li għaddej f’Gaża.
Jum il-Ħelsien
Din il-ġimgħa fakkarna mument importanti fl-istorja ta’ pajjiżna – Jum il-Ħelsien. Jum li bidel id-destin ta’ ġensna: it-tmiem tal-ħakma, il-ħelsien veru ta’ Malta mill-kolonjaliżmu.
Daniel Attard Jindirizza s-Summit Ewropew tal-Linji ta’ Ajru Reġjonali
L-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard kien il-kelliem ewlieni fis-Summit Ewropew tal-Linja tal-Ajru Reġjonali, li sar fl-aħħar jiem f’Copenhagen.
Il-politika mhix min jgħajjat l-aktar, imma min jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies
Din il-ġimgħa rajna l-politika tal-Partit Nazzjonalista fl-agħar tagħha. Politika li niżżlet l-awturi tagħha – il-klikka estrema – fl-aktar livelli baxxi – bla ebda rispett lejn il-funzjoni tagħhom ta’ Oppożizzjoni.
Daniel Attard jikseb l-appoġġ għal żewġ inizjattivi biex isaħħaħ it-turiżmu Ewropew
Il-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew approva żewġ inizjattivi mressqa mill-MEP Daniel Attard biex isaħħu s-settur turistiku Ewropew b’enfasi fuq il-ħiliet diġitali u turiżmu sostenibbli u b’saħħtu.
Il-PN u l-Gwerra: Bejn Fake News u Ipokrezija Politika
Il-Malti jgħid li l-giddieb għomru qasir u li ż-żejt dejjem jitla’ f’wiċċ l-ilma. U hekk ġara din il-ġimgħa, hekk kif għal darb’oħra ħareġ fid-deher il-qerq tal-Partit Nazzjonalista u ċertu esponenti fi ħdanu li għalihom, l-interess u l-avvanz personali jiġi qabel l-interess nazzjonali. Ixerrdu l-falz, għax il-verità tweġġa.
Thailand and the EU: Strengthening Partnership Through Dialogue, Democracy, and Reform
Thailand is a country I have visited, a place of rich culture, resilience. We see Thailand as a valued partner of the European Union, and today, I’m not here to preach, but to strengthen that partnership – one which is rooted in democracy, human rights, and mutual respect.