Illum se nistaqsikom mistoqsija sempliċi.
Xi tfisser għalikom Malta Aqwa?
Għaliha ma tfissirx Malta perfetta.
Imma Malta li, jekk inpoġġu idejna fuq il-kuxjenza, nafu li hi ferm aħjar milli kienet.
Minn kif sibniha 13-il sena ilu meta ksibna r-rebħa storika ta’ Malta Tagħna Lkoll.
Dik l-għajta ta’ poplu wieħed magħqud li għada tidwi f’moħħna u f’qalbna – mhux b’sens ta’ nostalġija, imma b’sens ta’ rieda u determinazzjoni li flimkien inkomplu naħdmu għall-ħolma Maltija.
Meta niltaqgħu fl-imsieraħ tal-irħula u l-ibliet tagħna, ħafna minnkom ġenwinament tgħiduli: tinsiex minn fejn tlaqt.
U għandkom raġun.
Imma llum se ndur fuqkom u ngħidilkom:
Tinsewx minn fejn tlaqna lkoll flimkien fl-2013.
Minn pajjiż fejn konna nokorbu għax-xogħol
għal pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa.
Minn sistema ta’ dipendenza li żżomm lin-nies lura—
għal waħda li tagħtihom dinjità u opportunità biex jimxu ‘l quddiem.
Minn ekonomija li kienet qed tħares ’il ġewwa, togħtor u tikkrolla
għal waħda b’saħħitha, li toħloq il-ġid u tqassam dan il-ġid.
Minn sistema fejn il-pensjonanti kienu minsija
għal waħda li tagħraf u tippremja il-kontribut tagħhom b’żieda wara l-oħra fil-pensjoni.
Minn pajjiż fejn id-drittijiet ċivili kienu jaslu biss sa diskussjoni ta’ darba fis-sena fuq xi programm televiżiv
għal pajjiż fejn l-ugwaljanza hija realtà.
Minn pajjiż fejn kellna ċ-ċensura
għal pajjiż fejn kulħadd għandu vuċi.
Minn sistema li kienet twarrab lil persuni b’diżabilità,
għal waħda li tagħtihom aktar opportunitajiet u rispett.
U iva rrformajna wkoll il-ġustizzja.
Saħħaħna l-istituzzjonijiet.
U komplejna nibnu fuq dak li verament jgħodd.
Din hi Malta Aqwa.
Mhux kliem sabiħ.
Imma riżultati konkreti.
Imma l-istorja ma tieqafx hawn.
U l-kapitlu li jmiss irridu niktbuh flimkien.
U għalhekk se nistaqsik mistoqsija oħra:
Għaliex għandek tattendi l-għeluq tal-Kungress nhar il-Ġimgħa?
Għax il-preżenza tiegħek tfisser kollox.
Tfisser li temmen f’dak li ksibna.
Tfisser li lest tibni fuq dan is-suċċess.
Tfisser li trid Malta li tibqa’ timxi ’l quddiem, u mhux lura.
Din mhix biss attività.
Dan hu mument.
Mument biex nuru min aħna.
X’irridu.
U fejn sejrin.
Għalhekk – niltaqgħu din il-Ġimgħa.
Ejja niktbu l-kapitlu li jmiss—flimkien.