Illum pajjiżna ġie msejjaħ mill-ġdid biex jiddeċiedi dwar il-pass li jmiss.
Waslet is-siegħa tal-prova.
Deċiżjoni importanti.
Mhux biss dwar min se jmexxi fil-ħames snin li ġejjin.
Imma ferm aktar kruċjali minn hekk, dwar lil min tafda bil-futur ta’ uliedek.
F’dinja mimlija inċertezza.
Gwerer.
Pressjoni fuq il-prezzijiet tal-enerġija.
Tħassib internazzjonali.
Din l-elezzjoni trid tkun deċiża fuq ħaġa waħda biss:
Il-Fiduċja.
Min jagħtik serħan il-moħħ.
Min iwettaq, bil-fatti, mhux bil-kliem.
Aħna għaddejna mill-akbar test fi żmienna.
Il-pandemija.
U x’għamilna?
Salvajna l-impjiegi.
Żammejna lin-negozji ħajjin.
Erġajna bnejna l-ekonomija tagħna aktar b’saħħitha minn qatt qabel.
Għal tlettax-il sena sħaħ żammejna l-kontijiet tad-dawl stabbli.
Żammejna l-prezzijiet tal-fuel stabbli.
U dan meta madwarna kulħadd jgħolli l-prezzijiet.
U llum għandna fost l-aktar tkabbir ekonomiku b’saħħtu fl-Ewropa kollha kemm hi.
Tkabbir li jfisser aktar pensjonijiet.
Aktar stipendji.
Aktar investiment fil-familji.
Fiż-żgħażagħ.
Fl-industrija.
Fil-futur tagħna u t’uliedna.
U fuq in-naħa l-oħra?
Alex Borg.
Wiċċ ġdid għal politika qadima.
Għax warajh hemm l-istess nies li vvutaw bil-qalb biex il-kontijiet jogħlew.
L-istess nies li qalu le għall-għajnuna lin-nies.
L-istess nies li qalu le għall-ugwaljanza.
L-istess mentalità li Malta, aħna, nafu biżżejjed u żżejjed.
Għalhekk din mhijiex elezzjoni ta’ min għandu l-aqwa slogan.
Imma hija elezzjoni fuq lil min tafda fl-aktar mumenti diffiċli. Fuq min iddur.
Lil min tafda biex iżomm il-pajjiż stabbli u miexi ‘l quddiem.
Lil min tafda biex jipproteġi lill-familja tiegħek u lil uliedek.
Jiena naf lil min nafda.
Lil Robert Abela.
Tmexxija soda.
Kompetenti.
U dak li joffri l-uniku garanzija ta’ serħan il-moħħ fi żmien ta’ inċertezza.
Issa f’idejn il-poplu.
F’idejkom.
Issa huwa l-mument li ningħaqdu mill-ġdid, noħorġu b’saħħitna, u biex flimkien nibnu l-futur ta’ pajjiżna.
Jerbaħ il-Partit Laburista
nerbħu lkoll flimkien
u fuq kollox
Jerbaħ pajjiżna.
Is-Siegħa tal-Prova
Visited 3 times, 3 visit(s) today