Ejja niktbu l-kapitlu li jmiss, flimkien.

Illum se nistaqsikom mistoqsija sempliċi.

Xi tfisser għalikom Malta Aqwa?

Għaliha ma tfissirx Malta perfetta.

Imma Malta li, jekk inpoġġu idejna fuq il-kuxjenza, nafu li hi ferm aħjar milli kienet.

Minn kif sibniha 13-il sena ilu meta ksibna r-rebħa storika ta’ Malta Tagħna Lkoll.

Dik l-għajta ta’ poplu wieħed magħqud li għada tidwi f’moħħna u f’qalbna –  mhux b’sens ta’ nostalġija, imma b’sens ta’ rieda u determinazzjoni li flimkien inkomplu naħdmu għall-ħolma Maltija.

Meta niltaqgħu fl-imsieraħ tal-irħula u l-ibliet tagħna, ħafna minnkom ġenwinament tgħiduli: tinsiex minn fejn tlaqt.

U għandkom raġun.

Imma llum se ndur fuqkom u ngħidilkom:

Tinsewx minn fejn tlaqna lkoll flimkien fl-2013.

Minn pajjiż fejn konna nokorbu għax-xogħol

għal pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa.

Minn sistema ta’ dipendenza li żżomm lin-nies lura—

għal waħda li tagħtihom dinjità u opportunità biex jimxu ‘l quddiem.

Minn ekonomija li kienet qed tħares ’il ġewwa, togħtor u tikkrolla

għal waħda b’saħħitha, li toħloq il-ġid u tqassam dan il-ġid.

Minn sistema fejn il-pensjonanti kienu minsija

għal waħda li tagħraf u tippremja il-kontribut tagħhom b’żieda wara l-oħra fil-pensjoni.

Minn pajjiż fejn id-drittijiet ċivili kienu jaslu biss sa diskussjoni ta’ darba fis-sena fuq xi programm televiżiv

għal pajjiż fejn l-ugwaljanza hija realtà.

Minn pajjiż fejn kellna ċ-ċensura

għal pajjiż fejn kulħadd għandu vuċi.

Minn sistema li kienet twarrab lil persuni b’diżabilità,

għal waħda li tagħtihom aktar opportunitajiet u rispett.

U iva rrformajna wkoll il-ġustizzja.

Saħħaħna l-istituzzjonijiet.

U komplejna nibnu fuq dak li verament jgħodd.

Din hi Malta Aqwa.

Mhux kliem sabiħ.

Imma riżultati konkreti.

Imma l-istorja ma tieqafx hawn.

U l-kapitlu li jmiss irridu niktbuh flimkien.

U għalhekk se nistaqsik mistoqsija oħra:

Għaliex għandek tattendi l-għeluq tal-Kungress nhar il-Ġimgħa?

Għax il-preżenza tiegħek tfisser kollox.

Tfisser li temmen f’dak li ksibna.

Tfisser li lest tibni fuq dan is-suċċess.

Tfisser li trid Malta li tibqa’ timxi ’l quddiem, u mhux lura.

Din mhix biss attività.

Dan hu mument.

Mument biex nuru min aħna.

X’irridu.

U fejn sejrin.

Għalhekk – niltaqgħu din il-Ġimgħa.

Ejja niktbu l-kapitlu li jmiss—flimkien.

Visited 4 times, 1 visit(s) today

Leave A Comment