Solidarjetà ma’ Anton Refalo. L-attakki personali mhux posthom fil-politika.

Fil-Partit Nazzjonalista, aktar ma jinbidlu l-affarijiet, aktar kollox jibqa’ l-istess.

Jibdlu l-mira, imma mhux il-politika tagħhom.

Illum qed jerġgħu jqajmu storja antika dwar Totò Riina, u mingħajr ebda prova, qed jippruvaw jorbtuha ma’ Anton Refalo.

Ejja nkunu ċari: jekk Riina kienx Malta jew le, mhuwiex il-punt.

Il-punt hu li qed jirriċiklaw storja u jibdluha f’attakk politiku dirett fuq Ministru tal-Gvern.

Mingħajr prova konkreta jew konklużjoni ġudizzjarja.

Imma xorta waħda jibnu narrattiva, jitfgħu dell, u jattakkaw il-persuna.

Dan mhux każ iżolat. Dan huwa metodu.

Ilbieraħ kont jien. Illum Anton Refalo. Għada jkun xi ħadd ieħor.

Għax għalihom, il-politika mhix dwar ideat, imma dwar attakki.

U jiena nistaqsi: dan hu l-aħjar li għandhom x’joffru?

Aħna pajjiż żgħir. Il-familji tagħna huma mħallta. Il-ħbieb tagħna għandhom opinjonijiet differenti.

Imma fl-aħħar tal-ġurnata, aħna lkoll Maltin u Għawdxin.

Il-politika għandha tkun dwar kif intejbu l-ħajja tan-nies.

Id-differenzi huma normali u meħtieġa, imma mhux il-mibegħda. Mhux l-attakki personali. Mhux tentattivi biex jifirdu lill-poplu.

U ghalhekk, bla tlaqliq ta’ xejn nesprimi solidarjetà ma’ Anton Refalo.

L-ahhar wieħed minna fil-mira ghamja tal-Partit Nazzjonalista.

Fis-siegħa tal-prova rridu għal darb’oħra ngħidu le għal din politika tal-mibgħeda. Pajjiżna jistħoqlu aħjar.

Visited 5 times, 1 visit(s) today

Leave A Comment