L-Ewroparlamentari Malti u Viċi President tad-Delegazzjoni Ewropea għall-Iran Daniel Attard iltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Demokratiku tal-Kurdi fl-Iran Mustafa Hijri, li qed jirrappreżenta ukoll lill-alleanza tal-Partiti Kurdi fl-Iran – alleanza kruċjali u importanti ħafna jekk se jkun hemm bidla fir-reġim fl-Iran.
L-Ewroparlamentari Attard iltaqa’ miegħu fil-marġini ta’ laqgħa importanti li saret fil-Parlament Ewropew fejn il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin laqqa’ l-forzi tal-Oppożizzjoni Iranjana bil-għan li tiżdied il-pressjoni politika u diplomatika biex finalment ikun hemm bidla fir-reġim.
Waqt din il-laqgħa Attard u Hijri iddiskutew l-iktar punti pertinenti u valuri komuni fosthom il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħtieġa li kwalunkwe tranżizzjoni politika tkun waħda demokratika u inklussiva, bl-involviment tal-komunitajiet kollha li jiffurmaw il-poplu Iranjan. Hijri fisser kif mir-revoluzzjoni ‘l hawn, ir-reġim Iżlamiku Iranjan wettaq repressjoni assoluta fuq il-poplu u għalhekk huwa ċar li 47 sena fa’ djalogu ma’ ġabu ebda bidla fl-għemil brutali tar-reġim. F’dan il-kuntest, Hijri kkonkluda li hija biss bidla fir-reġim li tista’ twitti t-triq għall-ġustizzja, libertà u dinjità għall-poplu Iranjan.
Min-naħa tiegħu Daniel Attard qal li għandu jkun il-poplu Iranjan li jfassal il-futur tiegħu stess u għalhekk saħaq li din il-bidla trid tiġi mill-poplu innifsu u mhux imposta mill-forzi esterni, kif seħħ fl-imgħoddi. F’dan ir-rigward, l-Ewroparlamentari Laburista żied li l-akbar sfida f’dan il-waqt mhux biss ir-reġim innifsu, imma l-għaqda fost il-komunitajiet diversi – liema għaqda hija indispensabbli biex jinkiseb l-għan aħħari u komuni: il-ħelsien tal-poplu Iranjan.
MEP Daniel Attard meets Secretary General of the Democratic Party of Iranian Kurdistan
Maltese Member of the European Parliament and Vice-Chair of the European Parliament Delegation for relations with Iran, Daniel Attard, met with the Secretary General of the Democratic Party of Iranian Kurdistan, Mustafa Hijri, who is also representing the alliance of Kurdish parties in Iran – a crucial and highly significant alliance in the context of any potential regime change in Iran.
MEP Attard held this meeting on the margins of an important session at the European Parliament, where the Committee on Foreign Affairs brought together Iranian opposition forces with the aim of increasing political and diplomatic pressure towards achieving meaningful change in the country.
During the meeting, Attard and Hijri discussed key priorities and shared values, including the protection of human rights and the need for any political transition to be democratic and inclusive, with the full participation of all communities that make up the Iranian people. Hijri outlined how, since the revolution, the Iranian Islamic regime has exercised absolute repression over its population, and stressed that decades of dialogue have failed to bring about any change in the regime’s conduct. In this context, he underlined that only a change in regime can pave the way for justice, freedom and dignity for the Iranian people.
For his part, Daniel Attard emphasised that the future of Iran must be shaped by its own people. He stressed that any meaningful change must come from within, rather than being imposed by external forces, as has happened in the past. In this regard, the Labour MEP added that the greatest challenge at this stage is not only the regime itself, but also that of uniting Iran’s diverse communities, which is indispensable to achieving the shared objective of freedom for the Iranian people.