Tixtieq tingħaqad miegħi u mas-Soċjalisti u d-Demokratiċi għal ġimgħa sħiħa fil-Parlament Ewropew?
Jekk int żgħażugħa jew żagħżugħ bi ħsieb progressiv u b’interess fil-politika Ewropea, din l-opportunità tgħodd għalik.
Opportunità biex tidħol fiż-żarbun tiegħi u tesperjenza l-Parlament Ewropew.
Mhux biex tara u tisma’ biss.
Imma biex tkun parti mid-diskussjonijiet, taqsam l-ideat tiegħek u biex fuq kollox, flimkien miegħi tkun il-vuċi ta’ Malta u Għawdex fl-Ewropa.
Din hija opportunità li jien qatt ma kelli, imma li nixtieq nagħti lil ħaddieħor.
Għalhekk inħeġġek – Applika permezz ta’ dan il-link. Ġimgħa fil-Parlament Ewropew tgħaddi. Imma l-esperjenza tibqa’ miegħek.
Visited 11 times, 1 visit(s) today