Se nibqgħu niddefendu lil Malta

Id-dibattitu tal-bieraħ fil-Parlament Ewropew kien attentat ieħor tad-Deputati Nazzjonalisti biex jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta.

Id-dikjarazzjonijiet tagħhom kienu assurdi.

Saħansitra qalu li l-Gvern Laburista jrid jixħet lill-ġurnalisti l-ħabs.

Ippruvaw kemm felħu jpinġu lil Malta bħala xi pajjiż f’xifer l-infern.

Kompetizzjoni bejniethom min se jħammeġ l-iktar lill-pajjiżna.

Basta nagħmlu l-ħsara lill-Gvern Laburista.

Bħallikieku meta ssir il-ħsara se taffettwa biss faxxa waħda tas-soċjetà.

Hekk jemmen min iġib il-poter qabel il-pajjiż.

Imma ma rnexxilhomx. Fallew.

Biżżejjed ngħidilkom li minkejja l-isforzi kollha, jekk kien hemm 20 deputat fil-kamra. Bil-bosta inqas milli kienu qed jittamaw.

Iżda anke jekk jagħmlu elf dibattitu ieħor dwar pajjiżna, aħna se nibqgħu niddefendu lil Malta.

Mhux għax naħsbu li Malta hija fiċ-ċentru tad-dinja. Imma għax nemmnu f’Malta.

Qatt m’aħna se nkasbru lil pajjiżna barra minn xtutna. Dejjem se niddefendu l-verità.

Il-progress tagħna jitkellem waħdu. U jipprovaw kemm jipprovaw iwaqqfuna, se nibqgħu mexjin ‘il quddiem.

Visited 7 times, 1 visit(s) today

Leave A Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *