Lura Brussell.. lura għax-xogħol

Din is-sena irridu niksbu aktar riżultati konkreti għal Malta u Għawdex.

Fix-xhur li għaddew ħdimna ħafna u llum għandna bażi b’saħħitna fuq xiex nibnu.

Fuq l-enerġija, se nibqa’ nirsisti biex din tibqa’ affordabbli għalik u għall-familja tiegħek; Fuq l-industrija, se nkompli naħdem biex insaħħu l-kompetittività ta’ pajjiżna.

Se nkompli npoġġi l-interessi ta’ pajjiżna fuq quddiem nett ukoll fit-trasport, billi nħarsu l-ħaddiema u s-setturi ewlenin bħall-marittimu. U fuq it-turiżmu, għax dan mhuwiex biss dwar it-turisti, imma dwar ix-xogħol li joħloq u l-komunitajiet li huma affettwati minnu.

Din is-sena rridu nkomplu nwettqu dak li nemmnu fih: politika li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies u li tipproteġi l-futur ta’ pajjiżna.

Determinat li din is-sena nikseb aktar riżultati għal Malta u Għawdex. Ħidma li tgħodd għalik, għall-familja tiegħek, u għall-futur tagħna lkoll.

Visited 9 times, 1 visit(s) today