L-Unjoni tal-Enerġija ġabet progress, iżda ma nistgħux ninjoraw ir-realtajiet ta’ stati gżejjer bħal Għawdex u Malta.
L-insularità ġġib magħha sfidi uniċi fl-enerġija.
Għal pajjiż żgħir bħal Malta, gżira fit-tarf tal-Ewropa, b’aċċess limitat għall-konnettività u b’konsum ferm aktar baxx minn pajjiżi oħra, l-ispiża għal kull unit ta’ enerġija hija ferm ogħla.
Kif qal Draghi, l-enerġija affordabbli hija kruċjali.
Jekk ma rridux inħallu mqar familja waħda f’għażla bejn il-faqar jew il-kesħa, m’hemmx lok għal politika “one-size-fits-all”.
Biex tassew niksbu tranżizzjoni ġusta, l-Unjoni trid tirrispetta l-bżonnijiet diversi tar-reġjuni kollha tagħha.
Għalhekk filwaqt li rridu nkomplu naħdmu fuq l-iżvilupp tal-enerġija nadifa, m’għandniex nirristrinġu miżuri bħas-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl, li huma essenzjali għal pajjiżi bħal Malta.
Ejja nirrikonoxxu li l-ġustizzja tfisser flessibilità, u Unjoni tal-Enerġija tassew inklussiva trid tħaddan dawn id-diverġenzi, mhux tikkastigahom.