L-MPE Daniel Attard Maħtur fuq il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Daniel Attard inħatar uffiċjalment bħala membru fuq il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (SEDE) f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. Dan il-kumitat, li issa sar kumitat permanenti tal-Parlament Ewropew, se jkollu rwol ewlieni fl-indirizzar tal-isfidi urġenti li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea fil-kuntest tas-sigurtà globali.

B’din il-ħatra ġdida, Daniel Attard ġie fdat b’responsabbiltà oħra importanti fl-interess nazzjonali u Ewropew. Lil hinn mill-Kumitat tas-Sigurtà u d-Difiża, Attard huwa responsabbli minn setturi kruċjali oħra bħalma huma t-trasport, it-turiżmu, l-enerġija, u l-industrija – oqsma li huma intrinsikament marbuta mas-sigurtà u l-istabbiltà fuq livell Ewropew, b’mod partikolari l-provvista tal-enerġija, il-ħarsien tal-infrastruttura u l-moviment ħieles.

B’reazzjoni għall-ħatra tiegħu, l-Ewroparlamentari Laburista qal li l-involviment ta’ Membru Parlamentari Malti fuq dan il-kumitat huwa essenzjali biex, filwaqt li l-Unjoni tilħaq il-miri strateġiċi tagħha, dan ma jsirx a skapitu tal-interess nazzjonali u l-pożizzjoni kostituzzjonali ta’ pajjiżna.

F’dan il-kuntest, Dr Daniel Attard tenna l-impenn tiegħu li, permezz tar-responsabbiltà ġdida li ingħatatlu f’kumitat daqstant importanti, huwa jkompli jiddefendi l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha fl-Ewropa.

—-

MEP Daniel Attard Appointed as Member of the Committee on Security and Defence

Member of the European Parliament Daniel Attard has been officially appointed to the Committee on Security and Defence (SEDE) on behalf of the Progressive Alliance of Socialists and Democrats (S&D) Group. This committee, now a permanent standing body of the European Parliament, will play a pivotal role in addressing the EU’s urgent security challenges in an increasingly complex global landscape.

The appointment marks a significant responsibility for Attard, entrusted with advancing both national and European interests. Beyond his role on the SEDE Committee, the Maltese MEP retains key positions in critical sectors directly tied to security priorities, including transport, tourism, energy, and industry. These areas intersect with pressing concerns such as energy security, safeguarding critical infrastructure, and ensuring the safe movement of goods and people across borders.

Commenting on his appointment, Labour MEP Daniel Attard stressed the importance of Maltese representation within the committee: “The presence of a Maltese voice in this forum is essential to ensure that the EU’s pursuit of strategic objectives respects Malta’s national interests and constitutional neutrality.”

In light of his new role, Dr. Attard pledged to utilize this position to advocate effectively for Maltese and Gozitan interests within EU policymaking, ensuring Malta’s unique perspectives are heard in debates on European security and defence.

Visited 5 times, 1 visit(s) today

Leave A Comment