Kwalità fuq kwantità.
In-nies dak li trid. Kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan hu dak li joffri l-Baġit għas-sena li jmiss.
Smajna Iill-Ministru għall-Finanzi jispjega kif Malta se tkompli tgawdi minn tkabbir ekonomiku b’saħħtu, filwaqt li l-bqija tal-Ewropa qed tbati.
Dan ifisser aktar ġid. Ifisser pajjiż aħjar fejn it-taxxi jonqsu imma l-għajxien jitjieb.
Rajna Baġit għal kulħadd. Għat-tfal, għall-ħaddiema, għall-familji u għall-pensjonanti. Smajna b’investimenti bla preċedent fil-qasam tas-saħħa, b’mod speċjali fis-saħħa mentali imma anke investiment f’ambjent aħjar li jixraq lil kulħadd.
Fuq kollox smajna fejn irridu mmorru bħala pajjiż. Viżjoni mhux biss għal għada, imma għal Malta 2050.
Malta li tkun tassew Pajjiż ta’ Kwalità.
Visited 1 times, 1 visit(s) today