Kburi bil-passaport Malti

Jiena kburi bil-passaport Malti, meqjus minn l-EATA bħala l-ħames l-aktar passaport b’saħħtu fid-dinja. Rispettat u fdat minn 190 pajjiż, madwar id-dinja, inkluż il-Kanada, l-Ġappun u l-Awstralja. Dan huwa, mhux simbolu ta’ theddida imma simbolu ta’ fiduċja.

U jien kburi wkoll li Malta kisbet u eżerċitat id-dritt sovran tagħha li tiddeċiedi hi min hu ċittadin tagħha, dritt li ma kisbitux sekli ilu, imma riċentement, dritt illi l-Qorti Ewropea la ċaħdet u lanqas illimitat, anzi qalet bl-iktar mod ċar illi l-Istati Membri jibqgħu fil-prinċipju kompetenti biex jiddeterminaw huma l-kundizzjonijiet għaċ-ċittadinanza tagħhom. L-Avukat Ġenerali kien aktar ċar minn hekk meta qal illi li tgħaqqad iċ-ċittadinanza mal-investiment ma jagħmilhiex inkompatibbli mal-liġi.

Għalhekk, fil-fehma tiegħi, dan id-dibattitu mhuwiex dwar is-sigurtà tal-Unjoni u l-prinċipji tagħha. Għax li kieku kien dwar is-sigurtà, konna nitkellmu wkoll dwar il-pajjiżi fostna li joperaw residenzi b’investiment bi skrutinju ferm aktar dgħajjef minn ta’ Malta. Għalhekk, jiena nemmen illi dan kollu mhu xejn għajr teatru politiku, għax minflok qed niddibattu l-problemi veri tad-dinja, bħalma hu l- ġenoċidju f’Gaża, qed naqbdu ma’ pajjiżna.

Visited 9 times, 1 visit(s) today