It-tiġdid fil-Partit Laburista

Ilkoll kemm aħna għandna dmir li f’dan il-proċess mhux biss inġedduh, imma insaħħuħ. Flimkien.

B’nies tal-Partit bħal Ian Borg u Alex Agius Saliba fit-tmexxija, u Jason Micallef delegat tal-amministrazzjoni u bil-vot tagħna, fl-Eżekuttiv Nazzjonali, ċert li lill-Mexxej Robert Abela se nagħtuh l-aqwa għodda biex flimkien nerġgħu nerbħu.

Minn qalbi nawgura lil dawk kollha li offrew is-servizz tagħhom lill-Partit u lill-Pajjiż. Nirringrazzja ukoll lil dawk li għażlu li ma jikkontestawx, imma li qalbhom kienet u tibqa’ tħabbat għall-Partit tagħna.

L-elezzjoni tgħaddi, però l-ħidma trid tkompli b’aktar qilla u determinazzjoni.
Jitla’ min jitla’, ir-riċetta rebbieħa kienet u tibqa’ waħda.

Li ngħarfu li kulħadd għandu x’joffri, żgħażagħ u veterani, delegati jew le, kandidati preżenti u anke dawk passati.

Aħna akbar mill-jien. Fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa.

Partit wieħed. Mexxej wieħed.

Flimkien ‘il quddiem. Flimkien nerġgħu nerbħu.

Visited 8 times, 1 visit(s) today