Il-PN: Ħafna storbju, ebda sustanza

Il-Partit Nazzjonalista tilef kawża li fetaħ hu stess biex iċensura l-ġid li dan il-Budget ġab għal kulħadd.

L-għa tagħhom kien ċar: li jużaw il-Qorti biex iwaqqfu lill-Gvern milli jinforma lill-poplu.

Imma biex tiggverna, il-fiduċja tal-poplu għandek bżonn, u mhux digrieti tal-Qorti. U issa anke hemm fallew.

Dan il-baġit qed jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies, u l-Qorti rrikonoxxiet id-dritt tal-poplu li jkun infurmat fuq dan il-ġid.

Fi ftit kliem, hija rebħa għal-libertà, għad-demokrazija, u għall-poplu li qed jibbenefika mill-miżuri tal-baġit.

Il-Partit Nazzjonalista jaħseb li għandu dritt divin biex jiggverna u għalhekk jipprova jiggverna mill-Qorti. Għax ma jistax jagħmel dan bl-appoġġ tal-poplu.

Imma kollu inutli.

Dan il-każ – bħal Bernard Grech, Michael Piccinino u Paul Borg Olivier – m’għandux sustanza. Ħafna storbju, imma l-ebda riżultat.

Lil hinn mill-manuvri tal-Partit Nazzjonalista, aħna se nkomplu naħdmu biex inwasslu l-ġid ta’ dan il-baġit għand kulħadd.

Il-messaġġ tagħna jibqa’ wieħed ċar: bil-fatti u bil-miżuri tajbin, nistgħu nibnu pajjiż ta’ kwalità u futur aħjar għal kulħadd.

Visited 1 times, 1 visit(s) today

Leave A Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *