Il-Parlament Ewropew Japprova Riżoluzzjoni tal-MPE Daniel Attard dwar it-Tirannija fl-Iran

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni mressqa mill-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard flimkien ma’ Deputati oħra, li tikkundanna bla riservi t-tirannija u r-repressjoni sistematika fl-Iran.

Din ir-riżoluzzjoni tenfasizza s-sitwazzjoni kritika ta’ attivisti bħal Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi, li ġew ikkundannati għall-mewt, f’ċirkostanzi inumani u bi ksur manifest tad-drittijiet tal-bniedem. Ir-riżoluzzjoni tesiġi waqfien tal-piena tal-mewt u ħelsien immedjat għaċ-ċittadini Ewropej miżmuma bħala ostaġġi fl-Iran.

B’reazzjoni, Daniel Attard; li huwa l-Viċi President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iran; qal li din mhijiex sempliċement kwistjoni ta’ pajjiż wieħed; hija sfida għall-valuri umani li għandna niddefendu b’kull mezz. L-indifferenza hija kompliċità, u l-Ewropa ma tistax tkun indifferenti quddiem dawn l-abbużi.

Din hija t-tieni riżoluzzjoni mressqa mill-Ewroparlamentari Daniel Attard u approvata mill-Parlament Ewropew fl-ewwel sitt xhur ta’ dan il-mandat. Xhieda tal-impenn u l-ħidma kostanti tiegħu fl-interess taċ-ċittadini Ewropej u fuq kollox tal-Maltin u ‘l Għawdxin kollha.

—-

European Parliament Approves Resolution by MEP Daniel Attard Condemning Tyranny in Iran

The European Parliament has approved a resolution tabled by Labour MEP Daniel Attard, along with colleagues from other political groups, unequivocally condemning the systematic tyranny and repression in Iran.

The resolution highlights the dire situation of activists such as Pakhshan Azizi and Wrisha Moradi, who have been sentenced to death under inhumane conditions and in blatant violation of human rights. It calls for an immediate halt to executions and the release of European citizens held hostage in Iran.

In reaction, Daniel Attard, Vice President of the European Parliament’s Delegation for Relations with Iran, held that this is not merely a national issue; it is a challenge to the fundamental values we must defend at all costs. Indifference is complicity, and Europe cannot turn a blind eye to these abuses.

This marks the second resolution spearheaded by Daniel Attard to be adopted by the European Parliament in the first six months of his mandate. It is a testament to his unwavering commitment to standing up for European citizens, as well as the people of Malta and Gozo, in defense of human rights and fundamental freedoms.

Visited 5 times, 1 visit(s) today