Il-Parlament Ewropew japprova riżoluzzjoni ffirmata minn Daniel Attard dwar ir-ripressjoni fl-Iran

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni qawwija kontra r-repressjoni sistematika tar-reġim Iranjan u talab għal ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet tal-Professur Ahmadreza Jalali. Ir-riżoluzzjoni, iffirmata mill-MEP Laburista Malti Daniel Attard bħala Viċi President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iran, tibgħat messaġġ ċar: l-Ewropa ma tistax tgħatti wiċċha quddiem abbużi flagranti tad-drittijiet tal-bniedem.

Jalali, akkademiku Svediż-Iranjan, ilu maqful mill-2016 wara ġudizzju frawdolenti u konfessjoni miksuba taħt tortura. Illum jinsab f’riskju serju li jinqatel.

Ir-riżoluzzjoni titlob li l-Korpi tar-Rivoluzzjoni Iżlamiċi tal-Iran (IRGC) jiġu ddikjarati bħala organizzazzjoni terrorista, tespandi s-sanzjonijiet fuq uffiċjali responsabbli għal atti ta’ tortura u qtil, u ssejjaħ għal aktar pressjoni diplomatika biex tintemm il-politika ta’ ostaggi li tipprattika l-Iran.

Waqt id-diskors tiegħu fil-plenarja, Attard wissa li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea trid tkun mibnija fuq prinċipji sodi, mhux fuq kalkoli politiċi:

“Ma nistgħux ma ċertu pajjiżi naġixxu mod, u m’oħrajn mod ieħor. Dik mhijiex politika barranija, imma falliment morali. Id-drittijiet tal-bniedem huma universali, u l-Ewropa trid mhux biss titkellem imma taġixxi.”

L-Ewroparlamentari Laburista żied jgħid li għal Malta u għall-Ewropa, il-kredibbiltà tiddependi mill-konsistenza:

“Irridu nkunu ċari u bla tlaqliq mal-Iran. Iżda wkoll mal-brutalità ta’ Iżrael f’Gaza, mal-barbariżmu tar-Russja fl-Ukrajna, u ma’ kull min jirrikorri għall-qtil u l-qirda tal-innoċenti.”

Attard temm billi qal li quddiem it-tirannija, min jagħżel is-skiet ma jkunx newtrali, imma kompliċi.

European Parliament approves resolution co-signed by Daniel Attard on repression in Iran

The European Parliament has approved a strong resolution condemning the systematic repression carried out by the Iranian regime and calling for the immediate and unconditional release of Professor Ahmadreza Jalali. The resolution, co-signed by Maltese Labour MEP Daniel Attard in his capacity as Vice President of the European Parliament’s Delegation to Iran, sends a clear message: Europe cannot look away in the face of blatant human rights abuses.

Jalali, a Swedish-Iranian academic, has been imprisoned since 2016 following a sham trial and a confession obtained under torture. He remains at serious risk of being executed.

The resolution calls for the Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) to be designated as a terrorist organisation, for sanctions to be expanded against officials responsible for torture and killings, and for increased diplomatic pressure to put an end to Iran’s use of hostage-taking as a political tool.

Speaking during the plenary debate, Attard warned that the EU’s position must be grounded in principle—not shaped by political convenience:

“We roar against some regimes and whisper against others. That is not foreign policy. That is moral cowardice. Human rights are not negotiable. And the world’s war criminals must know: Europe sees you. Europe will call you out. And Europe will act.”

The Labour MEP added that for Malta and for Europe, credibility hinges on consistency:

“We must be unrelenting with Iran. But also with Israel’s brutality in Gaza. With Russia’s barbarity in Ukraine. With every tyrant who bombs hospitals, and slaughters civilians.”

Attard concluded that in the face of tyranny, silence is not neutrality—it is complicity.

Visited 37 times, 1 visit(s) today