Bdejna sena ġdida b’aħbar tajba għal 120,000 pensjonant u benefiċjarju f’Malta u Għawdex. Issa daħlu fis-seħħ iż-żidiet fil-pensjonijiet u benefiċċji kif imħabbra fil-Budget.
€8 fil-ġimgħa – €416 fis-sena żieda għal kull pensjonant.
Din mhix biss żieda. Hija turija ċara tal-politika soċjalista ta’ Gvern Laburista.
B’din iż-żieda, il-Gvern investa €87 miljun f’pensjonijiet u benefiċċji soċjali.
Fl-aħħar 10 snin biss, il-pensjonijiet żdiedu b’aktar minn €70 fil-ġimgħa.
Dan ifisser li l-Gvern mhux biss jitkellem fuq il-ġustizzja soċjali – imma jwettaqha għal kulħadd.
Minn benefiċċji għal dawk li jaħdmu, sa għajnuna għal dawk l-aktar vulnerabbli, il-messaġġ hu wieħed ċar: ħadd m’hu minsi.
U nista’ nibqa’ sejjer.
Ic-children’s allowance – żieda ta’ kważi €600 fuq kull wild fl-aħħar 3 snin biss.
€500 oħra fis-sena għall-ġenituri ta’ dawk li jkomplu jistudjaw.
Stipendji għal dawk li jirrepetu.
Għajnuna għal dawk li se jixtru l-ewwel dar.
€4 miljun f’In-Work Benefit għal 23,000 familja.
€10 miljun oħra f’benefiċċji mhux kontributorji.
Fl-istess waqt, dawk li jiddependu fuq l-assistenzi soċjali komplew jonqsu għal livelli bla preċedent.
Tnaqqis ta’ kważi 70% mill-2013 ‘l hawn!
Lil hinn mid-diskors, din hija politika b’valuri ċari: Gvern Laburista li bil-fatti, joħloq il-ġid u jaħseb f’kulħadd.