Mhux se nitkellem dwar kriżi. Dwar l-għeluq ta’ fabbriki jew il-kompetizzjoni miċ-Ċina.
Li nibqgħu kompetittivi hija l-missjoni. Imma nippreferi nitkellem dwar il-mezzi. Dwar l-importanza li noħolqu futur sostenibbli, innovattiv u inklussiv.
Fil-fehma umli tiegħi rridu nħarsu lil hinn minn miżuri reattivi u nindirizzaw l-għeruq. L-iżbilanċ strutturali. L-ispejjeż tal-produzzjoni tal-kompetituri tagħna huma li huma.
Biex nikkompetu irridu ninvestu fit-teknoloġiji u proċessi ta’ manifattura avvanzati li jbaxxu l-ispejjeż mingħajr ma jikkompromettu l-ħarsien soċjali.
L-aċċess għas-swieq jibqa’ kruċjali, imma ejja noqgħodu attenti li ma naqgħux fin-nassa tal-protezzjoniżmu.
Minflok, għandna nippromwovu kummerċ ġust u ekwu, billi noħorġu minn din il-kamra u naħdmu għal standards globali.
M’għandniex il-lussu tal-għażla. Irridu naddattaw biex insalvaw. U tadatta billi tkun flessibli. Billi ma tkunx sempliċiment regolatur imma ukoll sostenitur.
Jekk nagħmlu hekk, mhux biss nsalvaw l-impjiegi, imma niġġeneraw aktar xogħol għall-ġenerazzjoni li jmiss.