Waqt intervent fil-Parlament Ewropew, l-MEP Laburista Daniel Attard ikkundanna s-silenzju tal-Unjoni Ewropea fuq il-ġenoċidju li għaddej f’Gaża.
“20,000 tifel u tifla – daqskemm għandna tfal fl-iskejjel primarja tal-istat f’Malta – ġew maqtula. U l-Parlament Ewropew baqa’ sieket,” qal Attard.
L-Ewroparlamentari Laburista wissa li l-indifferenza fuq reati kontra l-umanità hija ekwivalenti għall-kompliċità. F’dan il-kuntest Attard saħaq li “mhuwiex anti-Semitiku li tikkundanna dawn ir-reati u li tinsisti għall-aċċess tal-għajnuna umanitarja”.
Daniel Attard temm jgħid li l-Unjoni Ewropea tilfet kull awtorità morali u ma tistax titkellem, aħseb u ara tipprietka, fuq xejn aktar jekk tibqa’ tagħlaq għajnejha quddiem il-ġenoċidju f’Gaża.
—
Daniel Attard condemns European Parliament’s silence on Gaza genocide
During an intervention in the European Parliament, Labour MEP Daniel Attard strongly condemned the European Union’s silence in the face of the ongoing genocide in Gaza.
“Twenty thousand children—the equivalent of all students in Malta’s primary schools—have been killed. And the European Parliament remains silent,” Attard stated.
The Labour MEP warned that indifference in the face of crimes against humanity amounts to complicity. He insisted that condemning these acts or demanding humanitarian access is not anti-Semitic.
Attard concluded by stating that the European Union has lost all moral authority. As long as it continues to turn a blind eye to the genocide in Gaza, he argued, it has no credibility to speak—let alone preach—on any other matter.