Il-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew approva l-pożizzjoni tiegħu dwar abbozz ta’ liġi importanti biex jissaħħu d-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea. Din il-votazzjoni tfisser pass sinifikanti ’l quddiem wara aktar minn għaxar snin ta’ staġnar f’dan il-qasam.
Browsing Category European Parliament
Il-Parlament Ewropew japprova riżoluzzjoni ffirmata minn Daniel Attard dwar ir-ripressjoni fl-Iran
Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni qawwija kontra r-repressjoni sistematika tar-reġim Iranjan u talab għal ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet tal-Professur Ahmadreza Jalali. Ir-riżoluzzjoni, iffirmata mill-MEP Laburista Malti Daniel Attard bħala Viċi President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iran, tibgħat messaġġ ċar: l-Ewropa ma tistax tgħatti wiċċha quddiem abbużi flagranti tad-drittijiet tal-bniedem.
Mill-President tal-Parlament Ewropew nippretendu inqas retorika, u iżjed azzjoni
L-appell li nagħmel, kważi kull ġimgħa, huwa biex anke l-Parlament Ewropew ma jibqax passiv quddiem l-oxxenitajiet tal-Gvern Iżraeljan. Quddiem Gvern li lest juża l-ġuħ kontra l-innoċenti bħala arma tal-gwerra.
Il-Kumitat TRAN tal-Parlament Ewropew iżur proġetti infrastrutturali ewlenin madwar Malta
Il-Kumitat għall-Infrastruttura tat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) tal-Parlament Ewropew jinsab f’pajjiżna għal missjoni uffiċjali mnedija mill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, l-Onor. Daniel Attard.
Stqarrija
Fl-aħħar jiem ġejt infurmat mill-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew li ismi ssemma f’investigazzjoni u li saret talba mill-Awtoritajiet Belġjani biex titneħħa l-immunità Parlamentari tiegħi. Din it-talba saret b’rabta mal-preżenza tiegħi waqt logħba football bejn Anderlecht u Ferencváros f’Settembru li għadda.
Kburi bil-passaport Malti
Jiena kburi bil-passaport Malti, meqjus minn l-EATA bħala l-ħames l-aktar passaport b’saħħtu fid-dinja. Rispettat u fdat minn 190 pajjiż, madwar id-dinja, inkluż il-Kanada, l-Ġappun u l-Awstralja. Dan huwa, mhux simbolu ta’ theddida imma simbolu ta’…
Id-differenza bejn min jiddefendi l-interess nazzjonali u min jippreferi l-avvanz personali
Din il-ġimgħa reġgħet ħarġet fil-beraħ id-differenza bejn min jiddefendi l-interess nazzjonali u min jippreferi l-avvanz personali, akkost li ssir ħsara lil Malta u l-Maltin. U x’mgħamlux biex iwaqqfu l-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment?!
Il-Parlament Ewropew japprova ftehim negozjat minn Daniel Attard biex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi għar-reġjuni fil-fruntieri tal-UE
L-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard, f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D), kien fost in-negozjaturi ewlenin wara ftehim ġdid li għandu l-għan li jindirizza ostakli li jfixklu l-ħajja ta’ kuljum u ż-żvilupp ekonomiku fir-reġjuni tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.
Daniel Attard jikkundanna s-silenzju tal-Parlament Ewropew fuq il-ġenoċidju f’Gaża
Waqt intervent fil-Parlament Ewropew, l-MEP Laburista Daniel Attard ikkundanna s-silenzju tal-Unjoni Ewropea fuq il-ġenoċidju li għaddej f’Gaża.
Daniel Attard Jindirizza s-Summit Ewropew tal-Linji ta’ Ajru Reġjonali
L-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard kien il-kelliem ewlieni fis-Summit Ewropew tal-Linja tal-Ajru Reġjonali, li sar fl-aħħar jiem f’Copenhagen.