F’dinja mimlija sfidi u inċertezzi ġeopolitiċi, Malta għandha bżonn tmexxija soda. Mhux kilba għall-poter.
Kap tal-oppożizzjoni li jgħid ħaġa filgħodu u jagħmel l-oppost filgħaxija ma jistax jittieħed bis-serjetà.
Alex Borg esprima pożizzjoni ċara dwar anti-deadlock mechanism.
Tkellem favur.
Imbagħad meta l-klikka estrema għafset il-buttuna, reġa’ lura.
L-ewwel diskors ta’ responsabbiltà.
Imbagħad retorika populista. Qalilna li “ħadd mhu se jgħaddi minn fuqu”.
Imma ħadd mhu qed jipprova jgħaddi minn fuq ħadd.
Aħna qed nippruvaw nagħmlu xogħolna.
Aħna għandna mandat biex niggvernaw.
U rridu nagħmlu dan b’stabbiltà u ċertezza, skont ir-rieda leġittima tal-poplu, mhux skont il-kalkoli tal-PN.
Ir-realtà hija waħda:
il-PN ħoloq dan l-impass u issa qed ikompli ixekkel il-proċess tal-ħatra tal-Prim Imħallef.
Għaliex? Għax l-istrateġija tagħhom hija sempliċi, kif dejjem kienet, li jiddestabilizzaw il-pajjiż biex jippruvaw jiksbu mill-Qorti dak li ma jieħdux mill-poplu: il-poter.
U dan jidher ukoll fil-karattru.
Alex Borg iħobb jgħid li hu bniedem tal-kelma.
Imma saħansitra tradixxa lil sieħbu stess, lil Adrian Delia.
U allura jekk kapaċi jittradixxi lil sieħbu stess, aħseb u ara x’lest jagħmel lil min ma jaqbilx miegħu biex jieħu dak li jrid.
Imbagħad meta jiġi daru mal-ħajt jgħid li ġie ‘spinned’. U stennewha din fuq il-mekkaniżmu ta’ żblokk fil-ħatta tal-Prim Imħallef.
Dalwaqt joħroġ jgħid li ġie spinned.
Din mhix tmexxija.
Din inċertezza.
U f’dinja mimlija sfidi u inċertezzi ġeopolitiċi,
Malta għandha bżonn tmexxija soda. Mhux kilba għall-poter.
Għandna bżonn direzzjoni.
Mhux logħob politiku.
Stabbiltà mhux inċertezza.
Għalhekk Robert Abela u l-moviment Laburista jibqa’ l-uniku garanzija ta’ futur b’saħħtu għal pajjiżna mibni fuq l-għaqda nazzjonali u d-determinazzjoni li nkomplu nkattru l-ġid.