Ir-ripressjoni fl-Iran iżżid il-kriżi, is-Soċjalisti tal-UE jappellaw għal riformi u sanzjonijiet aktar b’saħħithom

Il-protesti li qed jiżvolġu fl-Iran mhumiex inċidenti iżolati, iżda riżultat ta’ inġustizzji soċjali, ekonomiċi, u ġenerazzjonali li ilhom jeżistu żmien u ma jistgħux jissolvew permezz ta’ r-pressjoni jew forza.

Il-Viċi President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mal-Iran, Daniel Attard, saħaq li l-istabbilità sostenibbli tista’ tinkiseb biss permezz ta’ djalogu, riforma, u rispett lejn id-drittijiet fundamentali. Attard wissa li r-ripressjoni sistematika mill-awtoritajiet Iranjani tista’ trażżan temporanjament in-nuqqas ta’ qbil iżda mbagħad tkompli żżid l-instabilità u tkabbar il-fallimenti strutturali, fejn b’mod partikolari taffettwa lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar li jeħtieġ li jingħataw opportunitajiet, dinjità, u futur kredibbli.

Filwaqt li kkundanna l-vjolenza fuq dimostranti paċifiċi, Attard qal li l-kundanna waħedha m’għadhiex biżżejjed. Huwa appella għal mekkaniżmi ta’ djalogu strutturati, trasparenti, u verifikabbli li kapaċi jsarrfu t-talbiet leġittimi tal-pubbliku f’riforma konkreta, bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u atturi indipendenti.

Attard ħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-komunità internazzjonali biex jaġixxu b’ mod deċiżiv f’konformità mar-riżoluzzjonijiet ripetuti tal-Parlament Ewropew, fosthom billi jespandu u jinfurzaw b’mod rigoruż sanzjonijiet immirati kontra dawk li jkunu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u billi javvanzaw is-sejħa tal-Parlament biex jelenka l-Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iżlamika bħala organizzazzjoni terroristika. Huwa appella wkoll għal appoġġ aktar b’ saħħtu għas-soċjetà ċivili Iranjana u l-midja indipendenti, u biex l-impenn kollu tal-UE mal-Iran ikun strettament ikkundizzjonat fuq parametri referenzjarji tad-drittijiet tal-bniedem li jistgħu jitkejlu.

“L-objettiv tagħna mhuwiex sempliċiment konfrontazzjoni, iżda li nwittu triq ta’ prinċipju lejn riforma li taqdi l-interessi fit-tul tal-Iran u taċ-ċittadini tiegħu,” qal Attard, waqt li rriafferma l-impenn li l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi għandha li tappoġġja lill-poplu Iranjan.


Iran Repression Deepens Crisis, EU Socialists Call for Tougher Sanctions and Reform

The protests unfolding across Iran are not isolated incidents, but the result of long-standing social, economic, and generational grievances that cannot be resolved through repression or force.

The Vice-President of the European Parliament’s Delegation for Relations with Iran, Daniel Attard, stressed that sustainable stability can only be achieved through dialogue, reform, and respect for fundamental rights. Systematic repression by the Iranian authorities, he warned, may suppress dissent temporarily but only deepens instability and entrenches structural failures, particularly affecting younger generations demanding opportunity, dignity, and a credible future.

Condemning violence against peaceful protesters, Attard said condemnation alone is no longer sufficient. He called for structured, transparent, and verifiable dialogue mechanisms capable of translating legitimate public demands into concrete reform, with the participation of civil society and independent actors.

Attard urged the European Commission and the international community to act decisively in line with repeated European Parliament resolutions, including by expanding and rigorously enforcing targeted sanctions against those responsible for serious human rights violations, and by advancing the Parliament’s call to list the Islamic Revolutionary Guard Corps as a terrorist organisation. He also called for stronger support for Iranian civil society and independent media, and for all EU engagement with Iran to be strictly conditioned on measurable human rights benchmarks.

“Our objective is not confrontation for its own sake, but a principled path toward reform that serves the long-term interests of Iran and its citizens,” Attard said, reaffirming the Progressive Alliance of Socialists and Democrats’s commitment to supporting the Iranian people.

Visited 5 times, 1 visit(s) today