Il-Membru tal-Parlament Ewropew Daniel Attard ipparteċipa f’delegazzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew fil-Korea t’Isfel, li ffokat fuq is-saħħa tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea fil-qasam tat-trasport sostenibbli.
Din kienet parti mid-djalogu kontinwu bejn iż-żewġ naħat dwar l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji nodfa u l-pass lejn ekonomiji aktar ħodor u sostenibbli.
Matul iż-żjara, l-MEP Attard kellu laqgħat ta’ livell għoli mas-Sindku ta’ Seoul, mal-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Gyeonggi, kif ukoll mal-Kumitat tat-Trasport tal-Assemblea Nazzjonali Koreana. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq kif il-politika u t-teknoloġija jistgħu jaħdmu id f’id biex iwasslu sistemi ta’ mobilità aktar effiċjenti, aċċessibbli u b’emissjonijiet baxxi, partikolarment f’żoni urbani.

Id-delegazzjoni żaret ukoll iċ-ċentru tal-Mobilità Futura, fejn ġew ippreżentati l-aktar soluzzjonijiet avvanzati fil-qasam ta’ vetturi awtonomi.
Waqt iż-żjara saret ukoll laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ Airbus dwar il-futur tal-avjazzjoni sostenibbli, b’attenzjoni fuq il-fuels alternattivi, li hu ta’ prijorità għall-ħidma ta’ Daniel Attard fil-Kumitat tat-Trasport u t-Turizmu tal-Parlament Ewropew.
“It-tema komuni kienet waħda ċara,” qal l-MEP Attard. “Trasport effiċjenti jfisser inqas tniġġis, arja aktar nadifa u kwalità ta’ ħajja aħjar. L-għan tagħna hu li nieħdu magħna l-aqwa prattiċi u ideat u nadattawhom għar-realtajiet Ewropej, b’mod speċjali fi gżejjer bħal Malta li jiddependu fuq konnettività effiċjenti.”
MEP Daniel Attard in European Parliament Delegation to South Korea for Talks on Sustainable Transport
Member of the European Parliament Daniel Attard took part in an official European Parliament delegation visit to South Korea, focused on strengthening cooperation between the European Union and the Republic of Korea in the field of sustainable transport.
The visit formed part of the ongoing dialogue between both sides on innovation, the development of clean technologies and the transition towards greener and more sustainable economies.

During the mission, MEP Attard held high level meetings with the Mayor of Seoul, the Governor of Gyeonggi Province and the Transport Committee of the Korean National Assembly. The discussions focused on how policy and technology can work hand in hand to deliver efficient, accessible and low emission mobility systems, particularly in growing urban areas.
The delegation also visited the Future Mobility Centre, where the latest advancements in autonomous vehicle technologies were presented.
The visit also included a meeting with Airbus representatives to discuss the future of sustainable aviation, focusing on alternative fuels, which is a key priority area in Daniel Attard’s work within the European Parliament’s Transport and Tourism Committee.
“The common theme was clear,” said MEP Attard. “Efficient transport means less pollution, cleaner air and a better quality of life. Our aim is to learn from the best practices and adapt them to European realities, especially in island regions like Malta that rely on efficient connectivity.”
