Kieku l-politika kienet xi logħba tal-pożi fuq Instagram, kieku l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux f’xahar kien jirbaħ hands down, imma f’ġurnata.
Imma l-politika m’hijiex hekk. Il-politika mhux ‘caption’ jew ‘selfie’.
Meta titkellem dwar mediċini u tbeżża’ lill-pazjenti mingħajr ma tiċċekkja l-fatti, ma tkunx qed tagħmel politika, tkun qed tilgħab bl-imħuħ tan-nies.
Meta tgħid li trid tibni torrijiet f’Għawdex u mbagħad tgħid li fehmuk ħażin jew dawwru kliemek stess, ma tkunx qed toffri viżjoni, tkun qed toħloq konfużjoni.
U meta tispara minn saqajk, u tgħid affarijiet mingħajr ma tivverifika, tikkwota ‘fatti’ li ma jkunu fatti xejn, dak mhux kuraġġ ikun, imma popoliżmu sfrenat.

Politika ta’ pożi.
Bla sustanza. Bla viżjoni. Bla verità.
Min-naħa l-oħra, dan hu Gvern li jitkellem bil-fatti:
- €5 miljun f’għajnuna lil 25 elf familja.
- €135 miljun fl-istipendji u l-grants lill-istudenti.
Benefiċċji soċjali miżjuda. Għajnuna addizzjonali għall-għoli tal-ħajja.
U baġit li ser ikompli jsaħħaħ il-familji, l-ħaddiema u l-pensjonanti.
Dawn mhux ‘pożi’. Din hi ħidma konkreta.
Politika li ma tkejjilx is-suċċess bil-likes, imma bir-riżultati.
Din hi differenza bejn politika tal-pożi, u politika ta’ veru.