Il-Qorti żvelat il-wiċċ veru tal-klikka estrema

Li Carmelo Abela huwa politiku ta’ integrità, qatt ma kellna dubju.

Il-konferma li waslet mill-Qorti mhux dwar dan, imma li l-klikka estrema tasal għal kollox biex tkisser u tfarrak lil min ma jaqbilx magħha.

Il-Qorti tal-Appell qatgħetha ċara.

Jason Azzopardi ivvinta kollox.

L-allegazzjoni tiegħu ma kienet xejn għajr kalunja.

Kalunja. Mhux opinjoni. Mhux żball.

Kalunja bi skop politiku u personali.

U mhux hu biss.

Għar minn hekk, il-Partit Nazzjonalista għamel dak li dejjem jagħmel:

Iċċelebra l-gideb, ipproteġa lil min jigdeb, u użah bħala arma biex iħammeġ lil min ma jaqbilx miegħu.

U fil-proċess għaddew politiku u l-familja tiegħu minn martirju.

Dan kollu biex jippruvaw jirbħu lura l-poter li tant għandhom għatx għalih.

Din mhijiex biss storja fuq Carmelo Abela.

Hija x-ray ta’ min huma tassew.

Meta ma jkollhomx prova – jivvintawha.

Meta jitilfu l-argument – jitgħajru.

Meta jindarbu politikament – jirrikorru għal persekuzzjoni.

Imma l-verità rebħet.

Il-Qorti żvelat il-wiċċ veru tal-klikka estrema.

U jekk għadhom jittamaw li b’tattiċi bħal dawn se jerġgħu lura fil-Gvern… jagħmlu tajjeb jaħsbuha darbtejn… għax issa li għadda l-ġudizzju tal-Qorti, issa jmiss ġudizzju ferm aktar qawwi… issa jmiss il-ġudizzju tal-poplu.

Visited 5 times, 1 visit(s) today