Fil-PN, milli baqa’ jridu jiddubbaw

Wara li għamlet snin tinki lill-partitarji li se tiġi lura Malta,
Roberta Metsola ċaħdet lill-Partit Nazzjonalista.

Mhux se tikkontesta fil-kariga ta’ Kap.

Bernard Grech qabżitlu u kif jgħidu l-Ingliżi, he called her bluff.

Ma tantx damet biex tobżoq is-sunnara.

U issa trid twieġeb lil eluf ta’ Nazzjonalisti rrabjati li wara li l-Partit Nazzjonalista ta’ pjattaforma biex jeleġġiha fil-Parlament Ewropew, issa li laħqet ma tridx affari.

Dan wassal għal sitwazzjoni fejn issa, fil-Partit Nazzjonalista, minn dak li baqa’, iridu jiddubbaw.

Dan mhux mod kif jitmexxa Gvern alternattiv.

Il-Partit Laburista, aħna, kburin bil-mexxejja kollha li kellna.

Il-Partit Nazzjonalista anke dawk li għadhom ma sarux, għandu problema bihom.

Il-koalizzjoni tal-konfużjoni li sar il-grupp parlamentari Nazzjonalista hija tassew inkwetanti.

Inti – li qed tibda negozju, li qed tibda familja, li se tixtri post…

Tista’ tafda l-Gvern f’idejn dan il-kaos ta’ partit?

Lanqas huma ma jafu x’iridu.

Midjunin b’40 miljun ewro u jridu jmexxu lil pajjiżna.

Se jkollhom it-tielet kap tal-partit infila li ma serviex ta’ Prim Ministru ta’ pajjiżna.

Kull mexxej Laburista, mil-banda l-oħra, kien Prim Ministru.

Dan ma jurix biss id-differenza bejnietna, imma juri wkoll min verament kapaċi jmexxi lil pajjiżna ’l quddiem.

Visited 10 times, 1 visit(s) today