Id-differenza bejn min jiddefendi l-interess nazzjonali u min jippreferi l-avvanz personali

Din il-ġimgħa reġgħet ħarġet fil-beraħ id-differenza bejn min jiddefendi l-interess nazzjonali u min jippreferi l-avvanz personali, akkost li ssir ħsara lil Malta u l-Maltin.

U x’mgħamlux biex iwaqqfu l-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment?!

Minn kollox għamlu biex il-Qorti tiddeċiedi kontra Malta.

Mhux kontra l-Partit Laburista. Imma kontra Malta. Kontrik. Kontra l-familji, in-negozji, u l-professjonisti li gawdew minn din l-iskema.

Biljun ewro u nofs.

Daqshekk daħħalna fil-kaxxa ta’ Malta mill-iskema tac-cittadinanza b’investiment.

Saħħet il-pajjiz u għenet lil kulħadd – mill-ħaddiema u n-negozji waqt żminijiet diffiċli, sal-għaqdiet volontarji u sportivi.

Issa dawk li tant rewħu kontriha – l-estremisti tal-Partit Nazzjonalista – kuntenti ghax rnexxilhom jiżirgħu id-dubju wara ħafna manuvrar fil-kuriduri ta’ Brussell.

U tgħiduli issa x’se jiġri? Se tgħaddi tagħhom?!

Il-Prim Ministru kien ċar u bla tlaqliq: il-Gvern mhux se jieqaf jaħdem għal Malta u se jaħdem biex dan il-programm jitkompla, b’rispett lejn is-sentenza li ingħatat.

Il-Gvern Laburista se jkompli jinvesti u jkabbar l-ekonomija.

Imma l-estremisti Nazzjonalisti kuntenti biss jekk jaraw lilek titlef.

Kuntenti jaraw lin-negozji weqfin.

Għax għalihom il-poter, mhux il-pajjiż, jiġi l-ewwel u fuq kollox. Jagħmlu l-ħsara lil Malta, biex b’hekk mingħalihom jaslu għall-Gvern Laburista.

Ma jimpurtahomx minn xogħolok.

Ma jimpurtahomx mill-introjtu tiegħek, mill-progress tiegħek u ta’ uliedek.

Jinteressahom biss mill-poter, u mill-avvanz personali ta’ dawk li f’Malta jxejjru l-bandiera, u barra jirfsu fuqha.

Għalhekk nhar il-Ħamis li ġej, fl-1 ta’ Mejju, għandek raġuni oħra għalfejn tingħaqad magħna fil-Belt Valletta. Biex flimkien, b’vuċi waħda nagħtu sinjal t’appoġġ lill-Gvern Laburista li dejjem iddefenda l-interess nazzjonali, u risposta lil dawk li ma jagħmlu xejn ħlief jaħdmu kontra Malta.

Xejn ħlief jaħdmu kontrik u kontra l-ġid tal-familja tiegħek.

Il-pożizzjoni tagħna hija ċara. Mill-ġid igawdi kulħadd, u mill-ħsara jbati kulħadd.

Għalhekk inħeġġiġkom, nhar il-Ħamis li ġej, fl-1 ta’ Mejju, Kulhadd ghall-Belt.

Visited 8 times, 1 visit(s) today