Dan huwa baġit għal kulħadd

Dan huwa baġit għal kulħadd.

Għall-familji, għall-ħaddiema u għal min iħaddem, għall-pensjonanti, u għaż-żgħażagħ li għandhom ħolma għal Malta aħjar.

Żidna l-pensjonijiet, naqqasna t-taxxi għal kulħadd, żidna l-allowance għat-tfal kollha, u żammejna s-sussidji fuq il-kontijiet.

Hekk ngħinu lin-nies fil-ħajja
ta’ kuljum. Hekk ikun baġit għal Pajjiż ta’ Kwalità.

U l-Oppożizzjoni? Minflok ma tipproponi soluzzjonijiet, qed tirrikorri għall-qorti biex iċċensurana.

Aħna naħdmu biex ninfurmaw. U huma jaraw kif jintimidaw.

Aħna naħdmu għall-poplu.
Huma jużaw l-istituzzjonijiet kontra l-poplu.

Din mhix politika għall-futur. Din hija politika tal-passat li ġabet kontijiet ogħla, qgħad, u inċertezza.

Aħna rridu aktar.

Dan huwa baġit b’viżjoni ċara: Malta fejn l-opportunitajiet jiġu mill-innovazzjoni u fejn l-ekonomija tieħu xejra ta’ kwalità.

Malta fejn l-edukazzjoni, is-saħħa, u l-ambjent ikomplu jissaħħu. Fejn it-tfal tagħna jkollhom futur aħjar. Fejn nistgħu ngħixu u naħdmu b’kunfidenza u serħan il-moħħ.

Din hija Malta li tħares ’il quddiem. Pajjiż ta’ kwalità li joffri futur aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Visited 5 times, 1 visit(s) today

Leave A Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *