Messaġġ fil-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali

Jiena Daniel Attard, MEP ta’ 32 sena minn Malta.

Fil-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali, nixtieq nitkellem dwar xi ħaġa li lkoll inħossu imma rari nitkellmu dwarha – kif id-dinja diġitali qed taffettwa s-saħħa mentali tagħna.

Fi żmien fejn il-midja soċjali u d-dinja virtwali qed jiddominaw, jekk mhux jikkontrollaw ħajjitna, faċli ninsew x’inhi l-verità. Nqallbu fuq il-feeds immirati għalina, inqabblu lilna nfusna ma’ standards impossibbli, u naħarbu fi spazji li mhux dejjem kif jidhru.”

Il-fatti huma ċari. Ir-riċerka turi li wisq ħin fuq l-iskrin, speċjalment fuq il-midja soċjali, jista’ jżid l-ansjetà, id-dipressjoni, u s-solitudni.

Mhux biss fost iż-żgħażagħ – imma din taffettwa lil kulħadd.

Ejja ma ninsewx: f’din ir-realtà virtwali, naraw biss ritratti tal-mument – il-mumenti ta’ suċċess.

Iżda l-ħajja mhix magħmula mis-suċċess biss.

Il-ħajja kultant mħarbta, imperfetta, imma sabiħa b’mod uniku.

U allura ejja nieqfu nippretendu li s-saħħa mentali tagħna tista’ tiffjorixxi fi spazju fejn il-ħin kollu nipparagunaw ma’ xulxin.

Illum, aktar minn qatt qabel, ejja nikkonċentraw fuq is-saħħa mentali tagħna iktar milli fuq il-ħin li nqattgħu fuq l-iskrins.

Jekk għaddej minn mument diffiċli, fittex l-għajnuna.

Ikkuntattja lil xi ħadd, oħroġ barra, u ftakar fl-affarijiet li jagħmlu l-ħajja sabiħa – għax dawk l-affarijiet ma ssibhomx wara l-iskrin.

U meta jgħidulek rabbi qoxra, ftakar li kulħadd uman.

Il-qoxra ma tiswa xejn b’qafas dgħajjef.

Is-saħħa mentali hija reali, u rridu nieħdu ħsiebha kif jixraq.

Ejja nħaddnu r-realtà, fl-imperfezzjonijiet kollha tagħha.

Fuq kollox, ejja nieħdu ħsieb xulxin.

Visited 2 times, 1 visit(s) today