Għawdex prijorità ewlenija għall-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Attard

Il-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Attard kompla bil-ħidma tiegħu b’diversi laqgħat f’Għawdex, fejn kellu taħditiet ma’ rappreżentanti tal-Gozo Channel, tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali t’Għawdex (GRDA) u l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA).

Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi l-isfidi partikolari t’Għawdex bħala gżira fil-periferija tal-Unjoni Ewropea, primarjament dik tal-konnettività, u kif dawn jistgħu jinbidlu f’opportunitajiet għal aktar tkabbir sostenibbli li jirrispetta l-karattru uniku ta’ Għawdex filwaqt li jisssarraf fi progress ekonomiku u soċjali li minnu jgawdu l-Għawdxin kollha.

Dr Daniel Attard spjega kif il-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew se tkun fi ħdan il-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu, fil-Kumitat tal-Iżvilupp Reġjonali u fil-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Enerġija. Kumitati li huma fost l-aktar importanti u rilevanti għall-gżira Għawdxija.

F’dan il-kuntest, il-Membru Paramentari Ewropew Daniel Attard tenna l-impenn tiegħu li jkun tarka soda għall-interessi t’Għawdex fl-Unjoni Ewropea, mhux biss bid-diskors imma b’kooperazzjoni sinċiera u komunikazzjoni konsistenti ma’ dawk kollha li bħall-entitajiet imsemmija, għandhom lil Għawdex f’qalbhom.


Member of the European Parliament Daniel Attard continued his work with a series of meetings in Gozo, where he held discussions with representatives from Gozo Channel, the Gozo Regional Development Authority (GRDA), and the Gozo Tourism Association (GTA).

These meetings focused on the specific challenges Gozo faces as an island on the Union’s periphery, particularly issues of connectivity, and how these challenges can be transformed into opportunities for sustainable growth. The aim is to preserve Gozo’s unique character while promoting economic and social progress that benefits all Gozitans.

Dr. Daniel Attard explained that his work in the European Parliament would involve the Transport and Tourism Committee, the Regional Development Committee, and the Industry, Research, and Energy Committee—among the most important and relevant committees for Gozo.

In this context, MEP Daniel Attard reiterated his commitment to being a strong advocate for Gozo’s interests in the European Union. He promised sincere cooperation and consistent communication with all those who, like the above-mentioned entities, are dedicated to the best interests of Gozo.

Visited 9 times, 1 visit(s) today